Lokali Mużika

DJ Armani se jgħaddi l-‘headphones’ tiegħu lil ibnu

Wara tant snin fix-xena mużikali, id-DJ ta’ fama internazzjonali Joseph Armani se jkun qed jgħaddi l-‘headphones’ tiegħu lil ibnu Denzel Jo hekk kif is-Sibt hija l-aħħar ġurnata li huwa se jkun qed idoqq fil-pubbliku. Net News żar l-istudio ta’ Armani u ibnu, fejn hemmhekk tkellimna miegħu dwar x’wassal biex huwa jagħmel dan il-pass u jirtira mix-xena mużikali.

Fl-aħħar gig tiegħu DJ Armani se joffri lill-pubbliku siltiet mill-mużika popolari tiegħu li daqq matul it-28 sena li ilu f’din l-industrija. Denzel Jo, li għad għandu biss 15-il sena, se jkompli fuq is-suċċess li kiseb missieru u jimxi fuq il-passi tiegħu. Ma’ Net News huwa tkellem dwar il-pjanijiet li għandu għall-futur fost l-oħrajn għall-kumplament tas-sajf fejn mistenni jdoqq barra minn xtutna.