“In-nies li hemm bħalissa fil-Partit Laburista mhumiex soċjalistI imma kapitalisti…. il-Partit tal-Ħaddiem miet mal-mewt tal-Perit Mintoff… spiċċajtu qed tkissru kulma bena”.
Dawn huma ftit mill-kummenti tan-nies wara li ġiet ippubblikata storja fuq il-paġna ta’ facebook tal-Partit Laburista dwar tqegħid tal-fjuri mal-monument ta’ Dom Mintoff f’Bormla mill-aministrazzjoni tal-Partit Laburista.
Kienu bosta dawk li kkummentaw li llum il-ġurnata l-Partit Laburista m’għadux partit tal-ħaddiema u allaħares għadu ħaj l-Perit Mintoff u jara l-ħniżrijiet kollha li qed isiru.
Persuna oħra kkummentat li dan il-pajjiż m’għandux bżonn nies li jippuppaw sidirhom u jagħmlu koċċ teatrini. Filwaqt li kien hemm min kiteb li l-Gvern preżenti spiċċa qed ikisser kulma nbeda fil-passat.
F’kumment ieħor intqal li dak li qed iseħħ madwarna huwa bżar fil-wiċċ… hekk kif dak kollu li sar fis-snin ta’ qabel, kollu qed jispiċċa.
Bosta persuni oħra rrimarkaw il-fatt li n-nies li hemm bħalissa fil-Partit Laburista mhumiex vera soċjalisti iżda kapitalisti hekk kif xebgħu jisirqu flus il-poplu.
//= $special ?>