Lokali

Is-sewwieq involut fil-hit-and-run għadu ma nstabx

Għadu ma nstabx is-sewwieq illi lbieraħ tajjar lil Antione Degabriele u ħallih mejjet fil-ġenb tat-triq, f’każ li l-Pulizija qed tqisu bħala hit-and-run.

Minkejja l-appelli li saru mill-uffiċjali tal-Korp, is-sewwieq baqa’ ma preżentax ruhu għand il-Pulizija. U għalhekk, il-każ għadu wieħed miftuħ beraħ.

L-aħbar ta’ din it-traġedja qanqlet reazzjoni qawwija fuq il-media soċjali, b’mijiet ta’ kummenti jfakkru liż-Żejtuni bħala raġel b’karattru mill-isbaħ, li kiek inħobb lil kulħadd.

Persuni qrib tiegħu iddeskrivewh bħala ragel li kien iħobb il-ħajja, u li kien ħabib ta’ kulħadd.

Hu ħadem għal snin twal fil-catering f’diversi ristoranti u bars, speċjalment f’Marsaxlokk fejn kien iqatta’ l-biċċa l-kbira tal-ġurnata tiegħu.

Degabriele ma kienx isuq u kien iħobb jimxi kulllimkien. U mhux eskluz li fil-hin tal-inċident hu kien fi triqtu lejn ix-xoghol.

Intant, fi stqarrija, l-għaqda Doctor for Road Safety qalet illi hi mnikkta illi kellha terga’ tikkummenta fuq incident iehor tragiku.

Dawn it-tobba jemmnu li wasal iz-zmien li jintuza ahjar il-video surveillance pubbliku sabiex jigu evitati dawn it-tragedji, milli jigu analizzati l-filmati wara li jkunu graw l-incidenti.