Lokali

“Ix-xogħol tagħna huwa battalja kontra l-ħin” – CPD

Meta għandek road traffic accident għandek ġlieda konta l-ħin… aħna ngħidulha l-golden hour… il-ħin minn x’ħin ġara l-inċident sakemm il-persuni toħoroġ milll-karozza u twassalha l-isptar. Hemm għandek challenge kbir… jekk jgħaddu iktar minn 45 minuta… iċ-chances jiddeterjoraw fuq il-bniedem.

Net News iltaqa’ maċ-Chief Assistance Rescue Officer fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Anthony Pisani fl-uffiċini tagħhom f’Ta’ Kandja. Intervista li fiha spjega kif kien hemm diversi inċidenti li matulhom il-pumpiera ssugraw li jitilfu ħajjithom.

“Kellna inċidenti koroh li stajna tlifna n-nies tagħna…  kellna 2 inċidenti fejn inqelbu 2 fire engines u l-firefighters tagħna… wieħed ħareġ mill-wind screen bl-impatt u waqa’ l-baħar  u spiċċa jiġġieled għal ħajtu, u kellna inċident ieħor fejn il-vettura nqelbet u l-peruna nqabad taħt il-fire engine u għadda ħafna żmien sakemm irkupra.

Anthony Pisani jitkellem dwar l-inċidenti li jibqgħu mmarkati f’moħħu… fosthom wieħed partikolari.

“L-iktar ħaġa li tibqa’ fik huwa fejn ikun hemm tfal involuti… dak dejjem tibqa’ zżommhom f’moħħok. Wieħed li niftakar li domna ħafna fuqu huwa meta kien qabad is-silo li hemm il-port il-kbir… dak konna domna 3 jew 4 xhur fuqu.

Huwa jispjega l-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili fl-iktar inċident riċenti ta’ nirien li żviluppaw f’Kordin.

“Bdejt nara daħna kbira sewda, sħaba kbira u bdejt ninforma lill-control room bir-riżorsi li għandi bżonn sakemm nasal. Kien hemm 25 karozza, kien hemm xi tow trucks ukoll u 2 carriers tal-karozzi… jiġifieri bħala fire load kienet kbira ħafna minħabba l-ħaxix li kien hemm fejn kienu l-karozzi.

F’dan il-każ, bħal f’numru ta’ inċidenti oħra, it-tibdil fil-klima qed ikun wieħed mill-fatturi ewlenin li qed iwassal biex jiżdiedu numru ta’ inċidenti kkawżat min-nirien.

Minħabba l-climate change, l-umdità m’għadhiex tkun fil-ħaxix u allura n-nar, l-ewwel ħaġa li jsib… ir-riħ għenu allura n-nar infirex f’ħakka t’għajn.

Iċ-Chief Assistance Rescue Officer tas-CPD ħabbar li s-sena d-dieħla se jinvestu f’fire kits ġodda sabiex ikunu attrezzati iktar f’sitwazzjonijiet ta’ temperaturi sħan ħafna. Iżda apparti dawn, għandhom numru ta’ proġetti li diġà bdew jaħdmu fuqhom.

Se nkomplu nibdlu l-flotta, qed nistennew fire boat ġdida biex tirridpondi ħafna iktar malajr. Qegħdin nippreparaw ukoll biex nixtru 10 vannijiet żgħar għax waħda mill-problemi li nsibu hi li jekk ikollok vettura kbira inti ma tkunx tista’ tidħol iktar fil-viċin.

Hekk kif dal-aħħar snin qed jinbnew binjiet li huma għoljin ferm, huwa jitfa’ dawl fuq l-importanza li dawn ikunu attrezzati għal kull eventwalità li tista’ tinqala’.

Il-bini jrid ikun attrezzat, għax sakemm inti tasal u titla’ hemm fuq, u tibda tarma se jieħu l-ħin u inti għandek battalja kontra l-ħin.