Lokali

Raġel iweġġa’ wara li ntlaqat minn gaffa

Albaniż sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn gaffa f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ dalgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni fl-inħawi ta’ Xrobb l-Għaġin, Marsaxlokk.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 34 sena residenti Ħaż Żebbuġ, sofra xi ġrieħi meta ntlaqat minn gaffa żgħira.

Fuq il-post issejaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.