Atletika Sport Sport Ieħor

Rekord nazzjonali tan-Nisa 4x100m Relay f’Birmingham

It-tim tal-4x100m Relay magħmul minn Claire Azzopardi, Janet Richard, Carla Scicluna u Charlotte Wingfield stabbilixxa Rekord nazzjonali ġdid meta għamlu ħin ta’ 45.59.

Ir-rekord preċedenti kien ta’ 45.80.

Minkejja l-ħin impressjonanti t-tim Malti ma rnexxilux jikkwalifika għar-rawnd li jmiss. Il-Heat intrebħet mill-Ġamajka li għamlu ħin ta’ 43.66.

Fil-lotta Gary Giordimaina, li qed jikkompeti fil-Men’s Freestyle 57kgs, rebaħ l-ewwel partita tiegħu kontra l-Awstraljan Justin Holland bl-iskor ta’ 8-4. Huwa mar jikkompeti fil-kwarti tal-finali kontra l-Kanadiż Darthe Capellan, madankollu dan tal-aħħar ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 12-2. It-telfa ta’ Capellan kontra n-Niġerjan Ebikewenimo Welson fissret li Giordimana ma setax jkompli għar-round ta’ repechage.

L-impenji ta’ Team Malta jiġu fi tmiemhom il-Ħadd,  bis-Cycling Road Race, li fiha Malta se tkun rappreżentata minn Aidan Buttigieg.