Sewwieq ta’ mutur iddaħħal l-isptar Mater Dei wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’ħabta ma’ karozzza.
Ir-raġel, Tork ta’ 24 sena kien qed isuq il-mutur tiegħu fi Vjal il-21 ta’ Settembru, in-Naxxar ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9.00pm meta kellu mpatt ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 39 sena minn San Ġwann.
Is-sewwieq tal-karozza VW Golf ma sofra l-ebda ġrieħi, iżda t-Tork li kien qed isuq mutur tat-tip Honda kellu jittieħed l-istpar minħabba xi ġrieħi li sofra.
Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għada mhux magħrufa.
Il-Pulizija għada qed tinvestiga dan l-inċident.
//= $special ?>