Sport Waterpolo

Sirens jirbħu unur f’logħba li dehret kważi mitlufa għal ħafna ħin

(Ritratt: Domenic Aquilina)
Tintemm il-karriera ta' Timmy Sullivan

SIRENS MECCA MARINE…. 14

EXILES…………………………… 11

(3-3), (2-3), (4-3), (5-2)

Sirens Mecca Marine kellhom jissieltu biex rebħu dwell ieħor missielet kontra Exiles, liema dwell din id-darba ssarraf f’unur. Ir-rebħ tat-Tazza Għaqda Ġurnalisti Sports ikkonferma l-progress ta’ Sirens f’dan l-istaġun. Sirens għamlu ħafna mil-logħba fi żvantaġġ iżda qatt ma marru minn taħt meta marru fil-vantaġġ.

Ir-riżultat finali ma jagħmilx ġustizzja mal-isforzi ta’ Exiles li f’ħafna mumenti dehru li setgħu jkunu huma li joħorġu rebbieħa. Iżda forsi n-numru kbir ta’ tkeċċijiet u penalties kontrihom kienu determinanti biex il-kowċ Aurelien Cousin ma setax juża l-aħjar plejers. Din il-logħba fissret ukoll it-tmiem tal-karriera għall-veteran Timmy Sullivan.

Il-logħba kellha bidu b’saħħtu biż-żewġ timijiet isibu x-xibka fl-ewwel attakk tagħhom. Max Aquilina u Kurt Griscti taw vantaġġ doppju lil Exiles, liema vantaġġ intilef sa tmiem l-ewwel sessjoni. Simili tal-ewwel sessjoni, Sirens kellhom gowl iwieġbu għall-gowl ta’ Max Aquilina sakemm Exiles kisbu vantaġġ ta’ 6-4 lejn nofs it-tieni sessjoni. Sal-bidu tat-tielet sessjoni, Exiles kellhom vantaġġ ta’ 7-5.

Fi ftit sekondi, Sirens għamlu l-iskor indaqs minn penalty ta’ Matthew Sciberras u Gianni Farrugia. Exiles reġgħu marru żewġ gowls vantaġġ iżda immedjatament, Sirens għamlu l-iskor 9-9. Għall-ewwel darba fil-konfront, Sirens marru fil-vantaġġ b’żewġ gowls oħra din id-darba ta’ Jerome Zerafa Gregory u John Napier. Kien imiss lil Exiles biex jirreaġixxu, liema reazzjoni waslet minn Timmy Sullivan u Max Aquilina.

Bi ftit għat-tmiem, il-logħba setgħet tmur kull naħa. Kien Jacob Sciberras li poġġa lil Sirens minn fuq minn man-up. L-aħħar tentattivi ta’ Exiles kienu mingħajr suċċess, b’Mikhael Cutajar jiskorja darbtejn lejn it-tmiem. Fi tmiem il-logħba, il-captain ta’ Sirens John Napier ġie ppreżentat bit-trofew minn Domenic Aquilina u Mark Muscat, Membri fl-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), J. Sciberras (1), J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia (1), M. Chircop, I. Riolo (2), J. Napier (1), M. Cutajar (2), M. Sciberras (4), M. Azzopardi, M. Bonello Dupuis, G. Melillo, K. Agius

Exiles: M. Castillo, N. Saliba, L. Gialanze, P. Paris, T. Sullivan (2), S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti (1), N. Paris, J. Bajada (1), M. Aquilina (6), D. Fenech, G. Borg, M. Martellacci (1), L. Pursehouse

Referees: Andrea Zedda, Stefan Licari