Internazzjonali

Balena maqbuda fix-xmara Seine se tingħata l-vitamini għall-enerġija

L-awtoritajiet Franċiżi se jkunu qed jagħtu numru ta’ vitamini lil balena li ntilfet u nqabdet fix-xmara Seine sabiex ikollha l-enerġija ħalli ssib triqtha lura.

Il-balena ġiet innotata l-ewwel darba t-Tlieta li għadda fejn dehret li tinsab fil-ġuħ u bla enerġija.

Attentati li saru biex il-balena toħroġ lura lejn il-baħar fallew, bix-xjentisti qed jinkwetaw dwar is-saħħa tagħha jekk tibqa’ fix-xmara. Dan hekk kif ix-xmara ma tagħtix l-istess ambjent ta’ fejn din il-balena mdorrija.