Sport Sport Ieħor

Francesco Bagnaia jirbaħ il-MotoGP f’Silverstone

(Ritratt: EPA)

It-Taljan ta’ Ducati Francesco Bagnaia rebaħ il-MotoGP f’Silverstone biex kiseb il-200 podium għat-tim ta’ Ducati fil-MotoGP. Fit-tieni post daħal l-Ispanjol ta’ Aprilla Maverick Vinales segwit mill-Awstraljan Jack Miller. Fir-raba’ post temm it-Taljan Enea Bastianini, b’Jorge Martin u Miguel Oliveira jidħlu fil-ħames u s-sitt post rispettivament.

L-Ispanjol Alex Rins ta’ Suzuki temm fis-seba’ post segwit mill-Franċiż ta’ Yamaha Fabio Quartararo. Aleix Espargaro ta’ Aprilia temm fid-disa’ post bit-Taljan Marco Bezzecchi ta’ Ducati jtemm fl-għaxar post.