Sport Waterpolo

Il-vantaġġ tal-ewwel sessjoni determinanti għas-suċċess ta’ Sirens

(Ritratt: Timmy Cutugno)

Rapport: Stewart Said

SIRENS RC ENTERPRISES….. 9

SLIEMA ARKADIA……………. 7

(4-0), (1-3), (3-3), (1-1)

Sirens R Cauchi Enterprises komplew jiksbu aktar suċċess fil-waterpolo tan-nisa hekk kif irnexxielhom jirbħu s-Super Cup. Għas-Slimiżi din kienet ġimgħa negattiva wara li l-Erbgħa tilfu l-finali tan-knock-out kontra San Ġiljan.

Sirens bnew vantaġġ tajjeb fl-ewwel sessjoni, liema vantaġġ wassal biex kien determinanti. Kaia Agius darbtejn, Martha Perici Ferrante u Denise Micallef skorjaw l-erba’ gowls ta’ Sirens.

Sliema daħlu fil-logħba fit-tieni sessjoni u naqqsu d-distakk għal 5-3, b’Yara Bonett tispikka b’doppjetta. Il-vantaġġ ta’ Sirens reġa’ kiber għal erba’ gowls fit-tielet sessjoni sakemm Lisa Fenech u Yara Bonett naqqsu d-distakk għal 8-6 u żammew lil Sliema b’ċans għar-rebħa.

Denise Micallef kompliet tressaq lil Sirens għar-rebħa fl-aħħar sessjoni, bil-gowl ta’ Lisa Fenech kien inutli biex tevita t-telfa għat-tim tagħha. Fi tmiem il-logħba, il-President tal-ASA Joe Caruana Curran ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Sirens Denise Micallef.

Sirens: A. Amato, E. Montfort (1), E. Amato, C. Amato (1), M. Perici Ferrante (2), E. Vella, M. Falzon, K. Agius (2), D. Micallef (2), K. Attard, Z. Bartolo, Z. Cutajar Licari (1), K. Agius, T. Saliba, S. Abela

Sliema: K. Plumpton, K. Camilleri, G. Zammit, L. Fenech (2), A. Restall, L. Cachia, S. Camilleri (1), H. Camilleri, K. Cutajar, E. Schembri, Y. Bonett (4), A. Friggieri, M. Micallef, S. Figallo, B. Spiteri

Referees: Stefano Scappini, Richard Magri