Lokali

Jitressaq il-qorti ż-żagħżugħ akkużat li tajjar u qatel lil Antoine Degabriele

SEGWI LIVE

12:06 Il-każ ġie aġġornat.

12:05 Il-Qorti talbet lill-Prosekuzzjoni ssejjaħ lix-xhieda.

12:04 Id-difiża qed titlob li mal-ewwel opportunità tintalab li jinġiebu x-xhieda pajżana kollha.

12:03 Frendo wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

12:02 L-akkużat għandu 23 sena u joqgħod Birżebbuġa. Hu m’għandux impjieg.

12:01 L-akkużat, Dean Frendo jinsab fl-awla u l-Prosekuzzjoni qed taqra’ x’wassal għall-arrest tiegħu.

Dettalji dwar l-akkużat u l-vittma tal-każ li seħħ il-Ġimgħa:

Dalgħodu f’awla 16 qed jitressaq iż-żagħżugħ Dean Frendo li allegatament tajjar u qatel lil Antoine Degbriele ta’ 51 sena miż-Żejtun.

Iż-żagħżugħ qed jidher quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello, u għalih qed jidher l-avukatI Franco Debono u Francesca Zarb , kien arrestat formalment dalgħodu.

L-inċident seħħ fi Triq Anton Buttgieg, iż-Żejtun u l-vittma kien instab mitlub fil-ġenb tat-triq nhar il-Ġimgħa għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Antoine Degabriele ttajjar fi Triq Anton Buttigieg, iż-Żejtun

Lindikazzjonijiet kienu li Degabriele kien ittajjar fis-sigħat ta’ qabel ma nstab u kien tħalla mejjet minn sewwieq li kien baqa’ sejjer.

Ritratt: Joe Francalanza

Is-Sibt il-Pulizija rnexxielhom isibu l-vettura li allegatament tajret lill-vittma u lis-sewwieq li hu maħsub li kein qed isuqha fil-ħin tat-traġedja.

Il-karozza nstabet f’garaxx fix-Xgħajra u kellha l-windscreen maqlugħ. Tellar qed jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.

Fil-post tal-inċident kienet instabet mera li possibilment kienet tal-istess vettura involuta fl-inċident kif ukoll fanal.