Internazzjonali

Lejl ieħor ta’ attakki bejn Iżrael u l-Palestinjani; jinqatlu sitt itfal

Wara 12-il xahar, qed terġa’ teskala t-tensjoni bejn Iżrael u l-Palestinjani. B’rapporti jindikaw li issa l-qawwiet Iżraeljani qatlu it-tieni mexxej ta’ grupp Jihadista.

Fl-attakki mill-ajru li twettqu minn Iżrael fuq il-Medda ta’ Gaza, inqatlu sitt itfal u 29 Palestinjan. Minn naħa l-oħra, il-Palestinjani sparaw mal-400 missila lejn Iżrajel, bil-Gvern tal-pajjiż jgħid li qed jirritalja kontra t-theddida tal-Palestinjani.

Din tal-aħħar jumejn hi l-aktar eskalazzjoni serja ta’ vjolenza sa minn Marzu tas-sena li għaddiet meta fi 11-il jum kienu inqatlu 200 Palestinjan u 12-il Iżraeljan.