Sport Sport Ieħor

Medvedev jegħleb lil Norrie fil-finali f’Los Cabos

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru wieħed Daniil Medvedev rebaħ l-ewwel titlu tal-ATP fl-2022 meta fi straight sets għeleb lil Brittaniku Cameron Norrie 7-5 6-0, fl-Open ta’ Los Cabos fil-Messiku.

Dan kien l-ewwel titlu għal Medvedev sa minn meta rebaħ l-Open tal-Istati Uniti is-sena l-oħra, fejn minn hemm ‘l hawn tilef ħames finali konsekuttivi.

Medvedev ma tħallix jikkompeti f’Wimbledon wara li atleti Russi u Belarussi kienu projbiti milli jipparteċipaw minħabba l-gwerra tar-Russja fuq l-Ukrajna.

Bi preparazzjoni għall-Open tal-Istati Uniti Medvedev issa se jkun qed jiddefendi t-titlu tal-Open tal-Kanada, qabel jilgħab fis-Cincinnati Master, aktar tard f’Awwissu.