Lokali

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 52 sena weġġa’ gravi wara li għal ħabta tas-00.45 tal-Ħadd filgħodu, kien involut f’inċident tat-traffiku bejn karozza u mutur fi Vjal ix-Xarolla, iż-Żurrieq.

Skont ir-rapport tal-Pulizija jidher li l-ħabta seħħet bejn karozza tat-tip Kia Sportage misjuqa minn raġel ta’ 46 sena, resident iż-Żurrieq u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 52 sena. residenti n-Naxxar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Tags