Coronavirus Lokali

Taħt l-elf il-każi attivi tal-Covid

Fl-aħħar 24 siegħa, 26 persuna rriżultaw pożittivi għall-Covid f’pajjiżna.

Dan l-ammont ma jikludix dawk il-persuni li għamlu self test u ma rrapurtawx lill-awtoritajiet tas-saħħa li ttestjaw pożittivi.

Fl-aħħar sigħat fiequ 114-il persuna biex b’hekk it-total ta’ każi attivi huma ta’ 937.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun tal-Covid.