Lokali

Tispikka l-vuċi ta’ Mary Rose Mallia

Għall-kantanta Mary Rose, dan kien l-ewwel album tagħha wara li kienet diġà qed tagħti
prova li hi waħda mill-aħjar kantanta Maltija f’dan it-tip ta’ kant. ‘Bl-esperjenza li akkwistat
mill-kant f’night-clubs, fuq it-television u f’għadd ta’ festivals internazzjonali. Mary Rose
tkanta bil-Malti b’dik il-kjarezza u b’dik il-passjoni li jġegħluk tħossok trid terġa’ tisma’
kollox mill-ġdid.’ Din tkompli tinjettalek is-sentiment u l-ispirtu tal-identità Maltija. “The
rhythm has been taken from the Maltese language thus rendering this classic purely
Maltese.,” jirrimarka l-ġurnalista ta’ The Times of Malta wara l-konferenza għall-istampa.

Mary Rose Mallia kien għad kellha 19-il sena. Kienet diġà daqqet xi suċċess fil-Malta Song
Festival. Fl-1967 tikklassifika fit-tielet post, ma’ Tessie Micallef u fis-sena ta’ wara tirbaħ
dan il-festival flimkien ma’ Helen Micallef, festival organizzat mill-Malta Song Festival
Board taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara flimkien mal-kumpanija tar-Rediffusion.

Mary Rose ġġib il-memorja ta’ kif ġrat l-istorja. Tgħid hekk: Jien kont qed nippreżenta
programm ‘Il-Folk f’Malta’, jien u Vanni Pule. Kont inkanta songs ta’ Leonard Cohen, u kont
ġejt introdotta mal-folk. U darba minnhom għamilt biċċa mill-Għarusa tal-Mosta fuq l-għanja
Maltija. Joe Friggieri kien għadu kif ġie minn barra bid-dottorat tiegħu. Konna qed nitkellmu
għax ukoll konna għamilna xi teatru flimkien. Qalli Charles Camilleri qed iffittex lil xi ħadd
biex ikantalu f’album fuq il-folk. Il-papa minn dejjem kien jgħidli, Mary Rose inti mhux għal
hawn, inti trid titlaq ’il barra. U kif sema li hawn din l-opportunità, qalli niffinanzjahielek
jien. Charles kellu mużicisti li kien jafhom barra. Morna CTS Studios Londra għax dak iż-
żmien ma kienx hawn studios hawn Malta. Irrekordjajthom f’ġurnata.

Għamilna xi tliet xhur niltaqgħu jien, Joe Friggieri u Charles Camilleri fid-dar ta’ Charles
stess. U Charles Camilleri kien jipprova l-melodija “ta tata ta il-qalziet” biex juri lil Joe. Meta
kien ikun hemm kelma Maltija bl-ittri ħarxin, kien jgħidlu, Joe biddilha dik. Ħdimna t-tlieta
f’daqqa, għalhekk il-Malti ħareġ daqshekk sabiħ, mirqum. Għamilna ħafna rehearsals
tagħhom bil-pjanu ma’ Charles, imbagħad meta mort Londra kantajt mal-mużiċisti, live. Il-
pjanist kien ta’ Shirley Bassey, drums kien Tony Carr, Malti tgħidx kemm beka. Qalli ma
kontx naf li hawn Maltin li jirrekordjaw albums, għax dan kien l-ewwel wieħed fix-xorta
tiegħu. Dak iż-żmien Tony kien idoqq ma’ 10CC. Kien hemm vjolin, flawt, kitarra u
kontrabaxx, kollha barranin. Tiskanta kif Charles għamel l-arraġamenti bażiċi. Lill-mużiċisti
kien jagħmlilhom mossa u jimlew u tiskanta kif il-feeling Malti daħlu fih. Meta tisma’ l-
album, tisma’ Malta.

Id-disinn tal-album kien għamlu Donald, ħu Joe. Lil Donald kont nafu għax kien għamel
waħda mill-partijiet prinċipali f’‘Die Fledermaus’ u miegħu kont għamilt ukoll ‘Orpheus in
the underworld’ f’St Michael College. Dak iż-żmien qisna konna ‘all in the family’. Tiskanta
kif kienet inbiegħet aktar lit-turisti.

Dak iż-żmien kont bdejt noħroġ ma’ Renato u Renato kien miegħi fl-istudio meta
rrikordjajtha. Niftakar dak iż-żmien konna morna Londra jien u l-papa, u waqt li qed
nitkellmu għidtlu, “Pa hawn Renato”. Kien qed ikanta La Bussola f’Londra dak iż-żmien. U
għidtlu li qed noħorġu flimkien. Kien qalli, “għidlu jiġi”. U Renato għamel ġurnata magħna.

Charles xtaq li jagħmel tnejn instrumentali. Hemm storja ħelwa fuq il-Minwett tal-Gran
Mastri. Il-pjanist kien qallu li jixtieq ħoss differenti minn pjanu. U bdew jippruvaw ibiddlu l-
ħoss. Bdew idoqqu fuq tastiera fuq in-naħa l-għoli. Imbagħad qallu, ‘ara jekk hux dan il-ħoss
li trid – u mar jipprova fuq ix-xylophone u qallu perfett. U dak il-ħin ħolqu l-ħoss li ried fil-
Minwett tal-Gran Mastri.

Charles għamel il-melodija mbagħad Joe għaqqad il-poeżija, imbagħad saru xi modifiki biex
il-Malti jkun aktar faċli biex jitkantah.
Nista’ ngħidlek li meta l-Malti jkun miktub sabiħ hekk, m’hawnx isbaħ minnu. Jien nipprova
li kull kelma tiftiehem minn min qed jisma’.

Tags