Il-Union tal-Għalliema, it-Tnejn filgħodu fetħet każ quddiem it-tribunal industrijali f’isem Mario Mallia, wara li ftit tal-jiem ilu huwa tkeċċa mill-kariga tiegħu ta’ Kap tal-Kulleġġ St Albert.
Il-Bord tal-Kulleġġ St’Albert u r-Rettur Patri Aaron Zahra qalu li din it-terminazzjoni tal-impjieg hija riżultat ta’ diversi kwistjonijiet maniġerjali u proċedurali li ilhom jinġemgħu, u li b’dispjaċir baqgħu ma ġewx risolti. Bir-Rettur jikser is-silenzju u jgħid li Mario Malli tkeċċa għax irrifjuta li jikkopera mas-superjuri tiegħu.
Min-naħa tiegħu, Mario Mallia ma qabilx ma dak li qal Patri Aaron hekk kif baqa’ jsostni li din it-tkeċċija kienet waħda inġusta miegħu hekk kif hu dejjem ħadem sabiex ikun hemm inklussivita totali fi ħdan il-Kulleġġ.
L-Arċisqof Charles Scicluna offra li jkun medjatur bejn iż-żewġ partijiet… b’Mario Mallia jaċċetta li dan isir bl-Isqof jiltaqa’ miegħu ftit tal-ġranet ilu.
F’konferenza tal-li saret quddiem il-bini tal-Parlament, il-President tal-MUT Marco Bonnici qal li l-union ħadet ukoll numru ta’ passi fosthom li wieġbet għall-ittra legali ta’ intimidazzjoni mir-Rettur tal-Kulleġġ fil-konfront ta’ tliet edukaturi li jaħdmu fl-istess kulleġġ. Apparti dan, l-MUT għamlet ukoll tilwima industrijali, ħarġet direttivi, ippreżentat ittra miftuħa f’isem l-istaff u anke kkoordinat laqgħa bejn l-istaff u l-Arċisċof li se ssir it-Tlieta.
L-Union tal-Għalliema saħqet li se tkompli taħdem sabiex ikun hemm żblokk fis-sitwazzjoni tal-kulleġġ li kulma jmur qed issir aktar serja u bla preċedent.
//= $special ?>