Lokali

Dik li kienet perċezzjoni… issa saret tort tal-festi

Il-famuż kumment tal-Ministru tal-Infrastruttura Aaron Farrugia… li t-traffiku qed jinħoloq minħabba l-festi…  qanqal bosta reazzjonijiet fost numru kbir ta’ sewwieq li ta’ kuljum jispiċċaw imwaħħla fit-traffiku.

Ghalkemm il-Ministru Clifton Grima spicca qalilna li l-Ministru siehbu… “ittieħed barra mill-kuntest”.

Iżda mbagħad meta erġajna staqsejnih jekk jaqbilx ma’ dak li qal il-Ministru tal-Infrastruttura, bħal donnu reġa’ darlu u għażel li ma jweġibx.

Bil-Ministru Clifton Grima mbagħad spicca jammetti li hemm bzonn jinstabu soluzzjonijiet.

Staqsejna wkoll lill-Ministru Owen Bonnici dwar dak li skont hu, x’qed jikkawża dan it-traffiku kollu f’pajjizna. Bl-uniku tweġiba li tana tkun li l-Gvern se jkompli jinvesti – filwaqt illi ma ta ebda soluzzjoni konkreta.

U minkejja li fl-aħħar ħames snin, is-sewwieqa Maltin u Għawdxin qattgħu iktar sigħat fit-traffiku minn qatt qabel minħabba numru ta’ fatturi, fosthom toroq magħluqa, toroq maqlugħa u devjazzjozonijiet tista’ tgħid kull ftit kantunieri … jidher li s-sitwazzjoni mhux se titjieb malajr hekk kif il-Gvern hu kommess li fis-sentejn li ġejjin jaqla’ tnejn minn kull tliet toroq illi ghandna f’pajjiżna.