Sport Sport Ieħor

Hockey: Marsaskala Heat jorganizzaw is-serata ta’ premjazzjonijiet

It-tim tal-hockey ta’ Marsaskala Heat organizzat is-serata tal-premjazzjonijiet ta’ tmiem l-istaġun 2021/2022 fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.

Għal din is-serata kienu mistiedna l-plejers flimkien mal-familji tagħhom fejn kull tifel u tifla li tieħu sehem f’din l-akkademja ngħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.

Il-koordinatur ta’ Marsaskala Heat Manuel Imbroll faħħar l-impenn tat-tfal u ż-żgħażagħ li rsistew qatigħ matul l-istaġun li għadda tant li rnexxielhom ukoll jirbħu l-kampjonat nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena.

It-tim minn Wied il-Għajn ilu mwaqqaf sa mis-sena 2019 u l-akkademja għandha ‘l fuq minn 96 plejer irreġistrat.