Lokali

Inċident bejn mutur u karozza jħalli raġel bi ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident kmieni dalgħodu.

Ir-raġel li għandu 46 sena u li hu residenti l-Mellieħa kellu impatt ma’ karozzatat-tip Suzuki Swift misjuqa minn raġel ieħor ukoll ta’ 46 sena minn San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ fi Triq Burmarrad, il-Mosta għall-ħabta tas-6.15am.

Fil-post wasal tim mediku u mabulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.