Lokali

Iweġġa gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu

Ritratt: Arkivji

Raġel ta’ 47 sena, resident is-Siġġiewi, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am, meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fix-Xatt ta’ Qui, f’Tas-Sliema.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta’ l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Tags