Futbol Sport

Man United jilħqu ftehim ma’ Juventus għall-akkwist ta’ Rabiot……interessati wkoll f’Arnautovic

(Ritratt: EPA)

Manchester United jidher li ċedew fuq Frenkie De Jong u minflok laħqu ftehim ma’ Juventus għall-akkwist tal-midfiedler Franċiz Adrien Rabiot fl-aħħa sena tal-kuntratt tiegħu.

Rabiot, li għandu 27 sena, ilu għal dawn l-aħħar tliet staġuni ma’ Juventus wara li ngħaqad magħhom fi tmiem il-kuntratt tiegħu ma’Paris Saint-Germain. Ma’ Juventus lagħab total ta’ 94 paritati li matulhom skorja 4 goals filwaqt li rebaħ il-Kampjonat u Super Cup Taljana fl-istaġun 2020/21.

Intant Manchester United jinsabu kunfidenti li jżidu l-inforzi fl-attakk bl-akkwist tal-attakkant ta’ 33 sena Marko Arnautovic li jinsab fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu ma’ Bologna. Għal Arnautovic dan ikun ritorn fil-Kampjonat Premier Ingliż wara esperjenzi ma’ Stoke City u West Ham United.

(Ritratt: EPA)