Sport Waterpolo

Marsaskala u Valletta se jissieltu għar-rebħ tal-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Joseph Galea)
Tintemm il-karriera ta’ Edward Aquilina

Rapport: Stewart Said

VALLETTA IZIBET………… 11

TA’ XBIEX AMIGOS……….. 8

(5-2), (2-1), (3-3), (1-2)

Valletta Izibet għamlu l-istess bħal Marsaskala, evitaw il-possibbiltà tat-tielet logħba u b’hekk se jikkontestaw il-finali tal-aqwa fuq tliet logħbiet. Valletta dejjem kienu fil-kontroll tal-logħba u għalkemm Ta’ Xbiex pruvaw jissieltu, il-Beltin irnexxielhom ikabbru l-vantaġġ gradwalment.

Din il-logħba kienet ukoll l-aħħar waħda fil-karriera għal Edward Aquilina fl-età ta’ 39 sena. Tul karriera b’diversi unuri mirbuħa, Aquilina lagħab għal Sliema, Neptunes, San Ġiljan, Sirens, Ta’ Xbiex u Valletta.

Valletta bnew vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel sessjoni. Ta’ Xbiex naqqsu d-distakk għal 3-2 iżda Valletta wieġbu b’żewġ gowls konsekuttivi. Wara li fit-tieni sessjoni, Eljiah Schembri naqqas id-distakk, Michele Mifsud skorja darbtejn u għen lil Valletta jibdew it-tielet sessjoni 7-3.

Ta’ Xbiex baqgħu jemmnu u f’mumenti fit-tielet sessjoni kienu 8-5 sakemm Luca Felice u Kyle Cremona reġgħu kabbru d-distakk għal Valletta, b’Jayden Cassar iwieġeb għal Ta’ Xbiex.

Ta’ Xbiex kienu 11-8 minn taħt bi ftit iktar minn nofs sessjoni għal tmiem il-logħba. Jayden Cassar u Jamie Pace Mizzi t-tnejn minn man-up skorjaw għal Ta’ Xbiex, b’Mifsud jiskorja l-ħames gowl personali bejniethom. Minkejja l-ħin li kien fadal, Valletta kkontrollaw tajjeb sat-tmiem.

Valletta: B. Busuttil, T. Said, M. Pace, L. Hyzler, S. Busuttil, Z. Micallef, D. Paolella, M. Mifsud (5), S. Micallef, A. Agius (2), J. Culic, K. Cremona (2), A. Bugeja, L. Felice (1), R. Attard (1)

Ta’ Xbiex: D. Galea Mule, C.J. Saliba, E. Aquilina, J. Pace Mizzi (1), E. Meli, S. Engerer, J. Saliba (1), J. Cassar (2), E. Schembri (3), Z. Cutajar Licari (1), B. Attard Littschwager, J. Chircop, Z. Dzanovic, P. Tabone, T. Fenech

Referees: Massimo Angileri, Massimiliano Sponza

M’SKALA FISH AND FISH……. 14

M’XLOKK BROWN’S……………. 7

(4-0), (3-0), (4-2), (3-5)

Friski mir-rebħ tan-knock-out, Marsaskala Fish and Fish aċċertaw minn post fil-finali bit-tama li jiksbu wkoll il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Konfront faċli għal Marsaskala li qatt ma kienu f’periklu li jitilfu u saħansitra r-riżultat finali forsi ma jurix l-andament veru tal-logħba.

Gowls minn Mark Carani, doppjetta ta’ Gerald Sammut u David Pace Lupi taw vantaġġ ta’ erba’ gowls lil Marsaskala. Il-vantaġġ kompla jikber għal 7-0 fit-tieni sessjoni, liema distakk aċċerta r-rebħa għall-Iskalin.

Biż-żewġ timijiet jafu d-destin tagħhom, il-logħba naqqset mir-ritmu mhux wisq elevat li kellha. Bil-kowċ ta’ Marsaskala jserraħ il-plejers aktar regolari, Marsaxlokk sabu l-opportunità biex stejqru ftit fl-aħħar żewġ sessjonijiet u għamlu l-iskor ftit rispettabbli.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli (1), P. Privitera, R. Greco (1), G. Galea, K. Navarro, M. Manara (1), D. Pace Lupi (5), G. Sammut (3), J. Ciantar, M. Carani (2), A. Muscat, F. Scardino (1), L. Falzon

Marsaxlokk: S. Mifsud, R. Spiteri, C. Cutajar (1), B. Zammit, T. Agius (1), D. Bugeja (1), M. Zammit (2), L. Mallia, L. Saliba, R. Galea (2), J. Valletta, E. Mallia, M. Farrugia, A. Cook, D. Cordina

Referees: Neville Mercieca, Stefano Pinato

Logħob għal għada

Kampjonat Premier

Semifinali Play-offs

San Ġiljan v Sirens         6.30pm

Neptunes v Sliema        7.35pm