Lokali

Minkejja l-impressjoni ta’ ħafna… il-ktieb fiżiku għadu popolari ferm mal-Maltin

F’dinja fejn it-televiżjoni u l-media soċjali qed jiddominaw, il-ktieb xorta għadu jagħti valur kbir lill-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna.

Net News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri fejn qalilna illi minkejja l-impressjoni li l-kotba online saru iktar popolari mill-ktieb fiżiku, l-istatistika turi bil-maqlub.Dan hekk kif il-persentaġġ tal-Maltin li jaqraw il-kotba fiżiċi għadu wieħed għoli.

It-Tnejn filgħodu fil-Bibliotheca fil-Belt Valletta ġie ffirmat ftehim bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kunsill Malti għall-Arti sabiex tkompli tissaħħaħ il-komunità kreattiva u jiżdiedu l-pubblikazzjonijiet kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.