Meta l-invażjoni tal-militar tal-Kremlin fuq l-Ukrajna daħal fil-166 jum tiegħu, ir-Russi qed ikomplu jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom billi żiedu s-suldati fin-nofsinhar tal-pajjiż bi tħejjaji għal offerisiva minn naħa tal-militar ta’ Zelenskiy.
Il-Ministeru tad-Difiża Ingliż sostna li r-Russi kważi ċertament li qed jissaħħu bi preparazzjoni għall-attakki Ukreni.
“Konvojs twal ta’ trakkijiet militari, tankijiet u artillerija Russi dehru jiċċaqalqu mid-Donbas għan-naħa tal-Lbiċ tal-pajjiż” qal kelliem għall-MInisteru.
Intant iż-żewġ partijiet qed iwaħħlu f’xulxin għall-attakk fuq wieħed mill-akbar impjanti nukleari fl-Ewropa f’Zaporizhizhia.
Dan filwaqt li l-President Ukren Volodymy Zelenskiy qed jappella għal aktar sanzjonijiet internazzjonali fuq Moska bi tpattija għal dak li qed isejjaħ “att terroristiku nukleari”.
L-osservatur nukleari tan-Nazzjonijiet Uniti sejjaħ għal waqfien immedjat tal-azzjoni militari qrib l-impjant wara li ntlaqat minn armament s-Sibt filgħaxija bir-riżultat li wieħed mir-reatturi waqaf jaħdem u b’riskju ta’ diżastru nukleari.
//= $special ?>