Lokali

Sewwieq ta’ mutur u tifel iweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 24 sena u tifel ta’ tmien snin kellhom jingħataw il-kura fl-isptar Mater Dei wara li sofrew ġrieħi f’inċident tat-traffiku.

Ir-raġel kien qed isuq mutur KTM filwaqt li t-tifel kien passiġġier f’Ford Fiesta, meta ż-żewġ vetturi kellhom impatt bir-riżultat li weġġgħu.

Huma ttieħdu l-istpar minn tim mediku li wasal fil-post tal-inċident, u mal-wasal tagħhom f’Mater Dei, kemm ir-raġel kif ukoll it-tifel ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.15pm fil-limiti ta’ Binġemma, ir-Rabat.

Is-sewwieq tal-Ford Fiesta, raġel ta’ 39 minn Ħaż-Żebbuġ, ma sofriex ġrieħi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.