Internazzjonali

Tmut l-attriċi Olivia Newton John

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-attriċi u kantanta Olivia Newton John fl-età ta’ 73 sena.

Il-familja qalet li hija mietet imdawra mill-qraba fid-dar tagħha f’Kalifornja.

Hija tibqa’ rinomata għall-parti prinċipali ta’ Sandy fil-film Greasefl-1978 flimkien mal-attur John Travolta.

Olivia Newton John kienet deskritta minn bosta bħala persuna li offriet tama lil dawk kollha li kienu għaddejjin mill-marda tal-kanċer hekk kif hi wkoll kellha battalja twila mal-kanċer tas-sider.