Sport Sport Ieħor

Antonia u Victoria Schultheis jiksbu l-Bronż f’Lago di Como

Wara ħamest ijiem ta’ tlielaq b’total ta’ 15-il tiġrija, il-Maltin Antonia u Victoria Schultheis temmew il-Kampjonat Dinji Junior 2022 49er/49erFX f’Lago di Como b’midalja tal-bronż fost 37 tim femminili.

Wara l-ewwel tliet ijiem ta’ riħ ħafif għal moderat minn nofsinhar, il-kundizzjonijiet fil-finali fl-aħħar jumejn inbidlu f’kundizzjonijiet qawwija u diffiċli ħafna fir-raba’ jum u b’14-18-il knot riħ minn nofsinhar fl-aħħar jum.

Fil-49er fleet Richard Schultheis u Hugo Westberg kienu sejrin tajjeb sakemm inqalbu u ma setgħux itemmu l-aħħar tiġrija. Madankollu huma spiċċaw fl-14-il post minn 68 dgħajsa minn 28 nazzjon differenti.