Coronavirus Lokali

COVID-19: Tmut persuna; ikomplu jonqsu l-każi attivi

Fl-aħħar sigħat tilfet ħajjitha persuna oħra biex b’hekk it-total ta’ vittmi tela’ għal 796.

Intant, fl-aħħar sigħat instabu 47 każ pożittiv minn ftit iktar minn 1,000 swab tests li saru.

Dan it-total ma jinkludix l-ammont ta’ self tests li saru fid-djar iżda dawk li rriżultaw pożittivi ma rraportawx lill-Awtorità tas-Saħħa.

Dan filwaqt li fiequ 105 persuna oħra.

B’hekk, dan inaqqas l-ammont ta’ każi attivi għal ­­­­­­­­­­799.