Futbol Sport

Gżira United jilqgħu lil Wolfsbeger AC illejla fis-Centenary Stadium

Wara d-draw ta’ 0-0 fl-Awstrija l-ġimgħa li għaddiet, it-tim immexxi minn Darren Abdila Gżira United illejla jisfidaw lil Wolfsberger AC ta’ Robin Dutt fit-tieni leg mit-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League.

Fl-ewwel leg, minkejja l-pressjoni tal-avversarji l-Gżirjani baqgħu organizzati sal-aħħar u grazzi għas-saves tal-goakeeper Darijan Zarkov żammew il-partita miftuħa beraħ fil-konfront tar-ritorn li se jintlagħab illejla fis-18:00. Dubjużi għall-partita tal-lejla Gżira għandhom żewġ plejers importanti, Maxuell Mai u Riccardo Correa li t-tnejn li huma sofrew injuries fit-taħriġ.

Minn naħa l-oħra Wolfsberger, li fl-aħħar konfront tagħhom fil-kampjonat tilfu 5-1 f’darhom kontra LASK, se jkollhom nieqes mill-aħħar partita lid-difensur mill-Ġorġja Luka Lochoshvili li fi tmiem il-ġimgħa ingħaqad ma’ Cremonese fis-Serie A.