Lokali

Ħaddiem jaqa’ m’għola sular u nofs f’sit ta’ kostruzzjoni f’Birkirkara

Ritratt: Arkivji

Ħaddiem sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar (1330hrs), waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Imrieħel, Birkirkara.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li ħaddiem, li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jaħdem.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.