Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Net News li qed jiġi investigat rapport ta’ ħtif ta’ tifel ta’ sentejn u nofs minn Tas-Sliema.
Permezz ta’ post fuq Facebook, Nicolas Levenstein kiteb li ibnu Leon inħataf minn ommu Anna Lyudinovskova u raġel ta’ karnaġġjon skura.
Hu appella għal kull min għandu informazzjoni dwar dan biex jgħaddiha lilu filwaqt li qal li hu għamel rapport lill-Pulizija ta’ Tas-Sliema dar il-każ.
Fuq Facebook hu poġġa wkoll filmat qasir li juri persuni li allegatament kellhom x’jaqsmu mal-ħtif tat-tifel.

Jidher li l-omm kienet għamlet akkużi identiċi fil-konfront ta’ missier it-tifel meta fl-1 t’Awwissu u li dan it-tfajjel spiċċa ballun bejn il-ġenituri tiegħu. Mhux magħruf kif l-istorja spiċċat Malta u jekk l-omm hix qegħda f’pajjiżna.

Filwaqt li Net News ma jistax jikkonferma d-dinamika tal-każ, ikkonferma mal-Pulizija li dwaru għaddejjin l-investgazzjonijiet.
//= $special ?>