Enerġija Lokali

Jekk kburi bil-ftehim li sar mal-Ażerbajġan, il-Gvern għandu jippubblikah – PN

Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li ordna lill-Ministeru għall-Enerġija mmexxi minn Miriam Dalli biex ma jkomplix jaħbi l-ftehim dubjuż li sar bejn il-Gvern u l-kumpanija tal-Ażerbajġan Socar, il-Partit Nazzjonalista jisħaq li dan is-settur ma jistax ikompli miexi b’din il-kultura ta’ ħabi.

B’hekk, kull ftehim, kuntratt u rapport għandu jkun ippubblikat.

Hekk sostna l-PN, fi stqarrija maħruġa mid-deputat Mark Anthony Sammut.

Barra minhekk, kull ftehim u kuntratt li sar minn Joseph Muscat u Konrad Mizzi għandu, mhux biss ikun ippubblikat, iżda investigat.

Hi ironika kif Robert Abela u Miriam Dalli jiftaħru b’dan il-ftehim, iżda mbagħad iżommuh moħbi. Jekk tant huma kburin bih, m’għandux ikollhom problema jippubblikawh.