Futbol Sport

Jispikka l-konfront bejn Naxxar u Sliema fl-ewwel ġurnata taċ-Challenge League

It-Tnejn tħabbret l-ewwel ġurnata taċ-Challenge League li se tkun qed tintlagħab bejn is-26 u t-28 ta’ Awwissu. Din is-sena l-kampjonat se jkun magħmul minn 18-il tim. It-tim ta’ Sliema W kien relegat mill-kampjonat Premier filwaqt li Żurrieq, Attard, Marsaskala u Mtarfa ġew promossi minn National League. Vittoriosa S se jerġgħu jilgħabu f’din id-diviżjoni wara d-deċiżjoni ta’ Pembroka A li applikaw biex jieħdu sehem fil-kampjonat National League.

Fi tmiem l-ewwel rawnd l-ewwel sitt timijiet tal-klassifika jilgħabu kontra xulxin fuq żewġ rawnds filwaqt li 12-il tim l-ieħor wara jilgħabu kontra xulxin. L-ewwel żewġ timijiet se jkunu promossi għal kampjonat Premier filwaqt li t-tielet tim jilgħab play off kontra t-tim mill-kampjonat Premier. Mit-12-il tim se jkunu relegati l-aħħar sitt timijiet għan-National League. Fost il-logħob tal-ewwel ġurnata jispikkaw il-logħbiet Naxxar L vs Sliema W u Lija A vs Tarxien R.

Il-programm tal-ewwel ġurnata:

Il-Ġimgħa 26 ta’ Awwissu

21:00

Lija A v Tarxien R – Victor Tedesco Stadium, Ħamrun

Is-Sibt 27 ta’ Awwissu

18:30

Marsa v Vittoriosa S – Victor Tedesco Stadium, Ħamrun

Mqabba v Fgura U – Centenary Stadium, Ta’ Qali

21:00

Melita v Marsaskala – Victor Tedesco Stadium, Ħamrun

Naxxar L v Sliema W – Centenary Stadium, Ta’ Qali

Il-Ħadd 28 ta’ Awwissu

18:30

Swieqi U v Żurrieq – Victor Tedesco Stadium, Ħamrun

San Ġwann v Mtarfa – Centenary Stadium, Ta’ Qali

21:00

Qrendi v St. Andrews – Victor Tedesco Stadium, Ħamrun

Żejtun C v Attard – Centenary Stadium, Ta’ Qali