Futbol Sport

Juventus jakkwistaw lil Filip Kostic mingħand Eintracht Frankfurt

(Ritratt: EPA)

Juventus u Eintracht Frankfurt laħqu ftehim biex il-midfielder Serb ta’ 29 sena Filip Kostic jingħaqad mal-Bianconeri għas-somma ta’ €18-il miljun. Eintracht Frankurt ikkonfermaw li Kostic mhux se jivjaġġa mal-iskwadra lejn il-Fillandja għas-Super Cup Europea kontra Real Madrid li ser tintlagħab għada.

Kostic ingħaqad ma’ Frankfurt fl-istaġun 2018/19 b’self mingħand Hamburg biex fl-istaġun ta’ wara it-trasferiment sar wieħed permanenti u lagħab magħhom għal tliet staġuni oħra. Matul iż-żmien tiegħu ma’ Eintracht Frankfurt Kostic lagħab total ta’ 129 partita lu matulhom skorja 18-il goal.

Huwa mistenni jasal Turin għada biex jagħmel it-testijiet mediċi u jiffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Juventus.