Lokali

Karozza tal-linja tibqa’ dieħla f’numru ta’ karozzi pparkjati fil-Furjana

Numru ta’ karozzi spiċċaw bi ħsarat sostanzjali wara li karozza tal-linja li kienet sejra mill-Ħamrun direzzjoni lejn il-Belt Valletta baqgħet dieħla f’karozzi pparkjati mal-ġenb ta’ Triq Sarria, il-Furjana.

Wara li seħħ dan l-inċident, il-karozza tal-linja baqgħet issuq għal diversi metri sakemm finalment waqfet fuq zebra crossing fl-istess triq. Kien hawnhekk fejn issejħu membri tal-Pulizija tad-distrett.

Evidentalment, fuq il-post wieħed seta’ jara kif il-mera, it-tieqa tas-sewwieq u biċċa mill-ġenb tal-karozza tal-linja għandhom ħsarat sostanzjali.

Fortunatament, l-ebda persuna ma sofriet minn xi feriti kawża ta’ dan l-inċident.