0920h – Il-Maġistrat ordnat li l-kawża tiġi differita għas-27 ta’ Settembru fid-9.00am
0917h – L-avukati ta’ Azzopardi qed jinsistu li l-kawża hija estinta
0915h – Id-difiża qed targumenta li dwar il-każ il-Qorti diġà ddeċidiet fil-kofront ta’Anthony Camilleri. Camilleri hu l-kuntrattur li kien qed jagħmel ix-xogħolijiet f’Wied Qirda, u li l-ERA sabet li kienu qed jiksru l-liġijiet tal-ħarsien tal-ambjent
0912h – Id-difiża titlob li l-ERA ttella’ x-xhud li ffirmat l-ittra. Il-Maġistrat tordna li titħarrek Amy Brincat, Direttur tal-Infurzar fi ħdan l-ERA
0910h – Tistaqsi lil Tabone min jista’ jixhed dwar l-ittra ppreżentata u l-pagament tal-multa
0908h – Id-difiża targumenta li la l-multa tħallset allura mhemmx każ
0907h – Mistoqsija dwar ittra mibgħuta mill-ERA datata 24 ta’ Marzu ta’ din is-sena, Tabone tgħid li din l-ittra mhix xi ħaġa li ħadmet fuqha u ma tistax tikkonferma jekk il-multa in kwestjoni tħallsitx
0906h – Titla’ fuq il-pedana tax-xhieda Graziella Tabone f’isem l-ERA
0905h – Id-difiża ta’ Azzopardi qed jgħidu li ċ-ċitazzjoni ppreżentat fil-konfront tiegħu hija skaduta u għaldaqstant hija preskritta
0904h – L-avukati ta’ Fredrick Azzopardi jgħidu li qed jwieġeb mhux ħati tal-akkużi
0900h – Il-Maġistrat daħlet fl-awla. Jibda s-smigħ
0855h – Azzopardi flimkien mal-avukati tiegħu daħal f’awla 22 li fejn se tinstema’ l-kawża quddiem il-Maġistrat Elaine Mercieca. Għal Azzopardi qed jidher l-avukati Filletti, Tonna Lowell
0847h – jidħol fil-Qorti Fredrick Azzopardi
0832h – preżenti fuq barra anke l-preżentatur Laburista Manuel Cuschieri
0830h – grupp ta’ partitarji Laburisti jinġabru quddiem il-bini tal-Qorti
L-eks Kap Eħekuttiv ta’ Infrastructure Malta dalgħodu se jitressaq il-Qorti fuq akkużi li fl-2019 kiser liġijiet tal-ħarsien tal-ambjent meta ordna li jibqgħu għaddejjin xogħolijiet f’Wied Qirda, Ħaż Żebbuġ.
Iz-zona li fiha kienu qed isiru x-xogħolijiet kienu meqjusa bħala sensittivi u uniċi, u li jistħoqqilhom il-protezzjoni, tant li l-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent ordnat lill-kuntrattur li kien qed jaħdem fis-sit biex jieqaf b’mod immedjat.
Madankollu, minn kawża li ffaċċja l-istess kuntrattur fuq l-istess xogħolijiet, irriżulta li hu kien kompla għaddej bix-xogħolijiet imsemmija għaliex Fredrick Azzopardi kien insista li hu għandu jinjora l-ordinijet tal-ERA u jibqa’ jaħdem.
//= $special ?>