Lokali Qorti

Manuel Cuschieri quddiem il-Qorti b’appoġġ għal Fredrick Azzopardi; jisfida lil Robert Abela

Biex jappoġja lil Joseph Muscat, il-preżentatur Laburista Manuel Cuschieri dalgħodu ġabar grupp ta’ nies quddiem il-binja tal-Qorti qabel ma bdiet il-kawża tal-eks Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Fredrick Azzopardi.

Net News prova jieħu l-kummenti ta’ Cuschieri biex jifhem għaliex ħass li kellu jkun hemm illum u jiġbor miegħu persuni oħra. Madankollu Cuschieri qalilna li m’għandux kummenti x’jagħtina u li dak li għandu x’jgħid se jgħidu fuq Facebook – dan minħabba l-fatt li issa t-tmexxija ta’ Robert Abela neħħietu minn fuq ir-radju.

Cuschieri lbieraħ tkellem fuq Facebook u qal li kien se jkun jmur il-Belt biex juri l-appoġġ tiegħu lil Azzopardi.

Dan għamlu wara li aktar kmieni, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kiteb fuq l-istess pjattaforma u esprima s-sostenn tiegħu għall-istess Azzopardi.

Muscat ma kienx preżenti quddiem il-Qorti.