Lokali

Mara bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Għawdex

Mara minn Għajnsielem kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem stess.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-23:45 tat-Tnejn filgħaxija fi Triq Borg Għarrib meta għal xi raġuni s-sewwieqa ta’ 40 sena tilfet il-kontroll tal-karozza bil-konsegwenza li ħabtet ma’ ħajt.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-mara l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.