Futbol Sport

Ryan Giggs akkużat li tefa’ lill-eks tfajla tiegħu barra mil-lukanda bla ħwejjeġ

F’Manchester Crown Court beda’ jinstema’ l-ġuri li fiħ, l-eks plejer leġġendarju ta’ Manchester United u eks kowċ tat-tim nazzjonali ta Wales, Ryan Giggs hu akkużżat li attakka u żamm kontra l-forza tagħhom, lill-eks tfajla tiegħu u oħta ż-żgħira. L-akkużżi li qed isiru fil-konfront tal-Brittaniku minn Wales, biddlu l-karriera manġierjali tiegħu fil-futbol.

Il-ġuri beda’ il-bieraħ it-Tnejn, u fil-Qorti instema’ kif fiż-żmien meta Giggs kien f’relazzjoni ma’ Kate Greville, darba minnhom keċċa lill-istess tfajla ‘il barra mill-kamra tal-lukanda fejn kienu, mingħajr ebda ħwejjeġ fuqha.

Waqt il-ġuri s’issa, fil-Qorti kienet ippreżentata intervista fejn Greville, li għandha 36 sena, kienet stqarret mal-Pulizija li Giggs kien l-akbar ħabib u sieħeb tagħha iżda kien sar abbużiv u diżgustanti.

Giggs ċaħad l-akkużi kollha.

Fiż-żmien meta bdiet ir-relazzjoni bejn Giggs u Greville, fil-Qorti intqal li t-tnejn li huma kienu f’relazzjoni oħra u miżżewġin, iżda t-tnejn ma kienux kuntenti. Giggs kien kontinwament iwiegħed lil Greville li kien se jitlaq lill-mara tiegħu, wara li l-istess Greville kienet għamlet l-istess mar-raġel tagħha. Madankollu dan qatt ma seħħ, u meta Geville iddeċidiet li tieqaf tkellem u tirrispondi l-messaġġi u t-telefonati ta’ Giggs, Greville qalet lill-Pulizija, li Giggs mar fejn kienet toqgħod. Meta Greville kompliet tinjoraħ, Giggs infexx jgħajjat u jgħajjarjha b’kliem dispreġattiv u skont hi, saħansitra heddidha li kien se jgħid lill-imgħallem tagħha tax-xogħol, b’kollox u dwar ir-relazzjoni sigrieta tagħhom.

Il-ġuri f’Manchester Crown Court hu mistenni li jdum għaxar t’ijiem.