Sport Sport Ieħor

Serena Williams tindika li se tkun qed tirtira

(Ritratt: EPA)

Waħda mill-aqwa tennisti ta’ kull żmien, Serena William ħabbret li fil-futur qarib se tkun qed tirtira mit-tennis. It-tennista ta’ 40 sena li rebħet 23 titlu Grand Slam fil-karriera tagħha qalet li fil-ħajja tasal f’punt fejn tkun trid tibdel dak li tkun qed tagħmel.

Williams qalet li huwa diffiċli għaliha li tirtira għaliex t-tennis huwa xi ħaġa li tħobb tagħmel iżda issa l-prijoritajiet f’ħajjitha nbidlu u trid tiffoka fuq il-familja.