Sport Waterpolo

Sliema jisfurzaw is-semifinali deċiżiva … San Ġiljan jistennew l-avversarju fil-finali tal-play-offs

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rapport: Stewart Said

NEPTUNES VIDEOSLOTS…….. 9

SLIEMA FRANK SALT…………. 11

(2-4), (3-3), (3-2), (1-2)

Sliema Frank Salt sfurzaw it-tielet logħba tas-semifinali tal-play-offs b’dik li probabbli hi l-aħjar waħda tagħhom dan l-istaġun. Minkejja l-wirja kollettiva, spikkaw Dino Zammit li qed ikun utilizzat aħjar fit-tim, b’Jerome Gabaretta juri lis-Slimiżi li mhux ta’ b’xejn ħassew in-nuqqas tiegħu meta kien imweġġa’.

Din it-telfa tkompli tkabbar il-pressjoni fuq iċ-champions Neptunes. It-tielet telfa konsekuttiva għalihom waslu f’konfronti diretti, bl-aħħar tnejn jaslu taħt it-tmexxija ta’ Dorian Pisani, bil-kowċ Malti daħal fit-tim anqas minn ġimgħa u nofs ilu. Għal darba oħra nħass in-nuqqas ta’ Jordan Camilleri.

Bidu pożittiv għal Sliema li fetħu vantaġġ ta’ 2-0 b’gowls ta’ Zach Mizzi u Jerome Gabarretta. Stevie Camilleri naqqas id-distakk darbtejn sakemm Jamie Gambin għamilhom 4-2 b’xutt preċiż.

Dino Zammit kabbar il-vantaġġ fit-tieni sessjoni iżda reazzjoni mill-aqwa ta’ Neptunes ikkanċellat id-distakk, b’doppjetta ta’ Sam Gialanze u gowls mis-centre ta’ Jeremy Abela. Madankollu Gabarretta u Zammit reġgħu taw vantaġġ doppju lil Sliema.

Neptunes fetħu t-tielet sessjoni bl-aqwa mod u permezz tal-koppja Gialanze u Abela marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ 8-7. Iżda Gabarretta u Zammit kellhom ħsibijiet oħra u poġġew lil Sliema minn fuq qabel bdiet l-aħħar sessjoni.

Stevie Camilleri ġab id-draw minn penalty fil-bidu tal-aħħar sessjoni sakemm Dino Zammit u Benji Cachia minn man-up taw vantaġġ doppju lil Sliema, liema distakk ma ġiex irkuprat minn Neptunes.

Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat, S. Gialanze (3), G. Pace, J. Cachia, J. Spiteri Staines, S. Camilleri (3), J. Camilleri, J. Abela (3), M. Spiteri Staines, A. Fenech, M. Castillo, M. Rossi, M. Farrugia

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (3), L. Galea, D. Rizzo, M. Meli, B. Cachia (1), J. Cutajar, M. Mifsud, J. Brownrigg, J. Gambin (1), Z. Mizzi (1), D. Zammit (5), A. Theuma, K. Borg

Referees: Alex de Raffaele, Stefano Pinato

SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 14

SIRENS MECCA MARINE……. 12

(3-3), (7-2), (2-1), (2-6)

San Ġiljan JP Projects saru l-ewwel tim fil-finali tal-play-off għar-rebħ tal-kampjonat. L-iskor finali jista’ jixhed li kienet partita missielta iżda fil-ġurnata San Ġiljan kienu l-aħjar tim u għajr l-ewwel fażi tal-logħba, ma kinux f’periklu li setgħu jitilfu l-logħba.

Sirens kellhom il-vantaġġ darbtejn fl-ewwel sessjoni, b’San Ġiljan kienu dawru r-riżultat parzjali għal 2-1 u Nikolai Zammit għamilhom 3-3 lejn tmiem is-sessjoni, f’dak li kien it-tielet penalty tal-logħba.

San Ġiljan ħadu r-riedni tal-logħba fit-tieni sessjoni b’żewġ man-ups skorjati biex marru 5-4 minn fuq u skorjaw erba’ oħra mingħajr risposta għal vantaġġ ta’ ħames gowls.

Nikolai u Matthew Zammit aċċertaw mir-rebħa fit-tielet sessjoni, b’Jerome Zerafa Gregory inaqqas id-distakk għal 12-6. Kien fl-aħħar sessjoni li Sirens għamlu r-riżultat rispettabbli b’ħames gowls konsekuttivi fit-tieni parti ta’ nofs l-aħħar sessjoni.

San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), A. Galea (3), N. Schiavone, R. Caruana, M. Zammit (4), B. Plumpton (2), D. Tully, J. Bonavia (1), N. Zammit (3), D. Zammit, N. Bugelli, G. Vassallo, M. Ortoleva, D. Ferò

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (2), J. Sciberras, J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia, M. Chircop (1), I. Riolo (2), J. Napier (1), M. Cutajar, M. Sciberras (1), M. Azzopardi (1), M. Bonello Dupuis, G. Melillo, K. Agius

Referees: Ronnie Spiteri, Massimiliano Sponza

Logħob li jmiss

Play-Offs Kampjonat Premier

Il-Ħamis: Sliema v Neptunes 6.30pm