Internazzjonali

Ukrajna-Russja: Splużjonijiet kbar f’bażi militari fil-Krimea

Għadhom kemm seħħew numru ta’ splużjonijiet qawwija f’bażi militari fil-Krimea — il-penisola tal-Ukrajna li r-Russja kienet ħatfet u għaqqdet mat-territorju tagħha fl-ewwel xhur tal-2014.

L-isplużjonijiet seħħew fil-villaġġ ta’ Novofedorivka, b’numru ta’ xhieda jirreferu għal dħaħen suwed li bdew telgħin minn zona tal-bażi li tinkludi mitjar.

Il-Ministeru Russu għad-Difiża qal, intant, li kien sploda xi munizzjon iżda dan ma kienx ikkonfermat mis-sorsi indipendenti.

Fl-istess ħin, ir-Russi qalu li ma kien hemm ‘l-ebda impatt ta’ nirien’ fuq il-parti tal-bażi fejn hemm il-ħażniet tal-munizzjon — bid-dettalji tal-inċident għadhom deħlin sa issa.