Futbol Sport

Wolves jiffirmaw lil Gonçalo Guedes

(Ritratt: EPA)

Wolves iffirmaw lill-Internazzjonali Portuġiż Gonçalo Guedes mingħand Valencia għas-somma rrapurtatata’ madwar £27.5 miljuni.

Il-midfielder, li għandu 25 sena, ffirma kuntratt ta’ ħames snin mal-Wanderers u sar it-tielet akkwist ta’ Bruno Lage dan is-sajf.

Guedes, li lagħab 32 darba għal pajjiżu, diġa ħadem ma’ Lage ma’ Benfica u se jkompli jsaħħaħ il-preżenza Portugiża fit-tim ta’ Wolves hekk kif se jkun id-disa’ plejer Portuġiż tal-iskwadra.

Guedes skorja 13-il darba l-istaġun li għadda fil-La Liga u ma’ Valencia skorja total ta’ 36 gowl f’176 preżenza.