Sport Sport Ieħor

Boċċi: Msida u Żebbuġ jibqgħu fil-quċċata bl-istess punti

Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni:

Msida u Żebbuġ ikomplu jerbħu biex baqgħu jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika meta baqa biss l-aħħar erba’ logħbiet biex resqu viċin li jkunu qed jiehdu sehem fil-play off għar-rebħ tal-kampjonat.

Żebbuġ rebħu f’darhom 21-6 kontra t-tim ta’ Buġibba filwaqt li Msida barra min darhom għelbu t-tim ta’ Żurrieq 21-1 b’rebħa faċli. Għaxaq għamlu rebħa importanti biex żammew it-tielet post tal-klassifika kontra t-tim ta’ St. Peters Żabbar 21-11. Qormi San Bastjman barra minn darhom għelbu lil Lija 21-9 biex telgħu jaqsmu r-raba’ post flimkien ma’ Buġibba biex qed issir aktar interressanti issa għall-ewwel erbgħa postijiet tal-klassifika.

KLASSIFIKALP
ŻEBBUĠ1816
MSIDA1816
GĦAXAQ1814
BUĠIBBA1812
QORMI SAN BASTJAN1812
ST. PETERS ŻABBAR1810
ŻURRIEQ188
LIJA187
MARSAMXETT186
ŻABBAR186
ISLA180
PAOLA SCHREIBER180