Lokali

COVID-19: 43 każ ġdid pożittiv u tmut persuna oħra

Fl-aħħar sigħat kien hemm 43 każ ġdid pożittiv tal-Covid filwaqt li fiequ 146 persuni oħra.

Dawn in-numri juru li għal jum ieħor, il-każi pożittivi ġodda baqgħu taħt il-mija, hekk kif din hija xejra li issa ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ġimgħatejn. Dawn l-aħħar ċifri jfissru wkoll li bħalissa l-każi attivi f’Malta qed ikomplu jonqsu u issa jlaħħqi s-696.

Sfortunatament persuna oħra tilfet ħajjithom kawża ta’ dan il-virus bil-fatalitajiet f’pajjiżna issa jammontaw għal 797.