Lokali

Il-maltemp jaħkem lill-Gżejjer Maltin, iżda għal Santa Marija mistenni li jkun bnazzi

Matul il-jum tal-Erbgha, kienu rappurtati diversi ħalbiet ta’ xita f’inħawi differenti fejn ix-xita se tippersisti għall-jumejn li ġejjin.

Bosta kienu li ħadu filmat tal-maltemp li nzertaw fit-triq fejn nistgħu naraw li għamlet ħalba xita qalila.

Minħabba l-maltemp, il-Ġirbin kellhom iżarmaw l-istatwi li jkun hemm fit-triq għall-festa ta’ San Lawrenz. Minn naħa l-oħra l-aħbar it-tajba hi, li għall-festa ta’ Santa Marija it-temp mistenni li jkun bnazzi.