Luttu fid-dinja mużikali wara l-mewt tal-mużiċist u kantant Jesmond Tedesco Triccas.
Hu kellu 59 sena.
L-aħbar ingħatat min-neputija tiegħu, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola. Hi sejħitlu “superstar” u persuna li kien iġib tbissima fuq wiċċ kullmin kien ikun madwaru.
Fil-karriera mużikali tiegħu, Triccas baqa’ magħruf għax-xogħol li għamel mal-grupp mużikali Freeway fis-snin 80, kif ukoll għal verżjoni satirika bil-Malti ta’ Hotel California.
Fl-1999, Triccas kien rebaħ il-festival tal-Għajna tal-Poplu bil-kanzunetta ‘Il-Karrakka’.
Triccas kien ukoll preżentatur televiżiv, u ħadem programmi anke għal Net TV – fosthom ‘Televixin’. Hu kellu anke karriera bħala attur fosthom fis-serje ‘Anġli’ u anke ‘Grammi’.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech wassal il-kondoljanzi lill-familja ta’ Triccas, u sejjaħlu mużiċist li dejjem ferraħ bil-mużika tiegħu.
//= $special ?>