Hekk kif illum ir-Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir ħareġ sejħiet għal żewġ kapijiet tal-iskola, jidher li kien hemm reazzjoni qawwija mill-istaff hekk kif raw li r-Rrettur u l-bord baqgħu għaddejjin mingħajr l-ebda kunsiderazzjoni.
Dan ħabbritu l-MUT permezz ta’ stqarrija.
Ftit wara filgħodu stess, l-MUT irċeviet komunikazzjoni mingħand l-istess Rettur, fejn qiegħed jhedded li jieħu passi bil-pulizija fil-konfront ta’ membri tal-istaff li qed jiktbu fil-paġni ta’ Facebook.
Dan l-aġir sfortunatament issa sar sinonimu mat-tmexxija tal-Kulleġġ mir-Rettur u mill-bord, li fi ftit jiem bagħat ittri legali lill-membri tal-istaff li pparteċipaw fi protesta paċifika filwaqt li għamel kull attentat sabiex jagħlaq ħalq dawk kollha li ma jaqblux miegħu.
L-MUT qed tippubblika l-komunikazzjoni li rċeviet mir-Rettur u kif ukoll it-tweġiba tal-MUT.
Stqarrija mill-Kulleġġ
Ir-Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir dalgħodu kiteb privatament lil Marco Bonnici wara li għalliema kitbet kumment diżgustanti fir-rigward tiegħu, liema kumment ma jagħmilx ġieħ lill-professjoni ta’ edukatur. Minflok l-MUT iddeċidiet li taqsam din il-kommunikazzjoni għall-pubbliku.
L-MUT tidher li qed tiddefendi dan id-diskors diżpreġġattiv mill-edukaturi professjonisti membri tagħha. Minkejja li f’dawn l-aħħar jiem ir-Rettur kien suġġett għal bosta
hate speech, huwa dejjem laqa’ kull kritika kostruttiva li ssir b’rispett kemm minn membri talistaff, kif ukoll minn oqsma oħrajn.
Intant, ir-Rettur jibqa’ dejjem miftuħ għal djalogu mal-għalliema tal-Kulleġġ biex jispjegalhom it-triq ’il quddiem fl-interess tal-istudenti.
//= $special ?>